Dalgħodu l-Uffiċċju Metereoloġiku ta’ Malta ġedded it-twissija ta’ riħ qawwi fuq il-Gżejjer Maltin għall-ġurnata tal-lum il-Ġimgħa.
Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi ħafna u jilħaq qawwa ta’ riefnu fuq l-inħawi fejn jaqbel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sadanittant l-irwiefen qawwija qed ukoll jaħkmu l-gżira ta’ Sqallija fejn ġiet maħruġa twissija ħamra hekk kif mistennija maltempati f’diversi nħawi. Filfatt illum l-iskejjel huma magħluqa f’diversi bliet u anke ġew sospiżi vjaġġi tal-ferrovija.