L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ħarġet twissija dwar entità li topera taħt l-isem ta’ Instant Globals Trade li għandha preżenza fuq l-internet fuq www.instantglobalstrade.com.
Din il-kumpanija tiddikjara li hija broker Forex u CFD liċenzjata, u regolata taħt l-istandards stretti tal-MFSA f’Malta.
Madanakollu, l-MFSA avżat li din la hija kumpanija reġistrata Maltija u lanqas liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod ieħor mill-MFSA.
L-MFSA fakkret lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda tranżazzjoni sakemm ma jkunux ċerti li l-entità li magħha qed issir it-tranżazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi tali servizzi mill-MFSA jew regolatur ta’ fama fis-servizzi finanzjarji.
Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA tista’ tara fuq il-websajt uffiċjali tal-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.