Europol wissew li militanti mill-Istat Iżlamiku se jkunu aktar ħarxa fl-attakki tagħhom madwar l-Ewropa, hekk kif qed jiżdiedu l-isforzi biex jinqerdu fil-Lvant Nofsani.
It-tattiċi tagħhom jaf jinkludu karozzi-bomba, ħtif ta’ persuni u theddid.
Madanakollu l-Europol ma enfasizzawx daqstant fuq attakki fuq binjiet ta’ importanza massima – bħal ngħidu aħna siti nukleari. Qalu biss li bħalissa l-IS qed jippreferu miri li jistgħu jilħqu ferm iktar malajr.