L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wissiet li sa Marzu li ġej, jistgħu jmutu sa 700,000 persuna oħra bil-Covid fl-Ewropa u partijiet fl-Ażja.
In-numru ta’ fatalitajiet minħabba l-Coronavirus diġà jaqbeż il-miljun u nofs fi tlieta u ħamsin pajjiż li l-WHO tqis bħala parti mir-reġjun Ewropew.
L-Ewropa kollha qed taffaċċja żieda fil-każijiet, li wasslet biex pajjiżi bħall-Awstrija reġgħu marru għal-lockdown u oħrajn qed jikkunsidraw miżuri ġodda.
Numru ta’ pajjiżi, bħal Franza, il-Ġermanja u l-Greċja, mistennija jagħmlu d-doża addizzjonali mandatorja biex iċ-ċittadini tagħhom ikunu meqjusa li huma mlaqqma kompletament.
Huma ħafna li qed jipprotestaw dwar dawn il-miżuri.