Riħ qawwi fl-Awstralja wassal biex nirien fil-foresti mal-fruntiera bejn l-istati ta’ New South Wales u Victoria, komplew jinfirxu.
L-awtoritajiet qed iwissu li l-kundizzjonijiet tat-temp f’dawn iż-żewġ stati fil-Lvant tal-Awstralja, mistennija jmorru għall-agħar, fost tbassir ta’ sħana kbira, riħ qawwi u nixfa.
L-istess twissija ħarġet ukoll għal Kangaroo Island fin-naħa t’isfel tal-Awstralja.
Sadanittant, għexieren ta’ eluf ta’ persuni f’bosta bliet fl-Awstralja biex ħadu sehem fi protesti kontra t-tibdil fil-klima.
Fi bliet bħal Sydney, Melbourne u Canberra, id-dimostranti sejħu għal azzjoni mill-Gvern tal-Prim Ministru Scott Morrison.
Mifruxa f’diversi partijiet fl-Awstralja hekk nirien qattiela li ilhom għaddejjin ġimgħat, u mistennija jibqgħu jiqlielu hekk kif it-temperaturi qed jiżdiedu.
Ir-riħ imbassar għal dan it-tmiem il-ġimgħa jfisser li n-nar jista’ jinfirex malajr u b’mod imprevedibbli.
Ritratt: Getty Images