Is-sitwazzjoni tal-maltemp fi Sqallija kompliet tmur għal agħar, hekk kif dawn jinsabu fi twissija ħamra.
Dan hekk kif f’Sirakuża hemm għargħar, li wassal biex it-toroq jinsabu bħal xmajjar u qed iġorr kulma jsib.
F’din il-belt ftit ‘il bogħod minn Katanja, it-toroq jinsabu bblukkjati.
Il-ħaddiema ġew mitluba biex ma jmorrux lejn ix-xogħol u jidħlu b’mod virtwali għal dawk li jistgħu biex jevitaw kull periklu.
Skont rapporti tat-temp, il-maltemp fi Sqallija se jkompli jiggrava fis-sigħat li ġejjin.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/10/29105339/Sqallija-1024x576.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/10/29105347/sqallija-1-1024x765.jpeg)