Il-viċi president tal-Istati Uniti, Mike Pence qal li l-era ta’ paċenzja strateġika ta’ pajjiżu mal-Korea ta’ fuq għadda żmienha.
Pence qal dawn ir-rimarki fiż-żona li minnha tneħħiet il-qawwa militari u li taqsam iż-żewġ naħat tal-Korea.
Huwa żar il-Korea t’isfel fost tensjonijiet li kulma jmur qed ikomplu jeskalaw.
Matul il-jum, l-Istati Uniti u l-Korea t’isfel niedew eżerċizzju militari konġunt bil-forzi tal-ajru biex jiżguraw li jinsabu lesti kontra l-Korea ta’ fuq.
Mike Pence sostna li jinsab disappuntant li ċ-Ċina rritaljat kontra l-Korea t’isfel b’rispons għal mossa li saret.