Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika qed iwissi lill-pubbliku dwar żona tal-għawm qrib Triq Wilġa f’San Ġiljan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan hekk kif mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona kawża ta’ ħruġ ta’ dranaġġ li jaf affettwat il-kwalità tal-ilma baħar.
Intant fuq iż-żona intbagħatu uffiċjali mill-istess Direttorat biex jagħmlu t-testijiet neċessarji sakemm joħorġu tliet testijiet negattivi.
Minn hemm iż-żona terġa’ titqies bħala waħda sigura biex wieħed jgħum fiha.
Il-programm ta’ monitoraġġ beda llum u se jkun qed jasal fi tmiemu fit-tielet ġimgħa ta’ Ottubru.