Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ twissija dwar xarba alkoholika li jad għandha traċċi tad-droga ecstasy.
Fi stqarrija huwa wissew lill-pubbliku dwar kif it-traċċi jaf jinsabu fil-fliexken tax-xampanja tal-Moët & Chandon Impérial Ice 3l li jinsabu għall-bejgħ onlajn mingħand individwi privati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
S’issa mhux magħruf li kien hemm każijiet Malta iżda d-Direttorat qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni. Spjegaw kif x’aktarx uħud mill-fliexken tneħħewlhom it-tappijiet tas-sufra u ntlew bil-kimika tal-MDMA, hekk kif it-tappijiet tas-sufra mhux oriġinali.
Il-fliexken inkwistjoni għandhom in-numru LAJ7QAB6780004.