- L-ogħla temperatura mistennija li tkompli tiżdied fil-ġranet li ġejjin
Id-Diviżjoni għas-Saħħa avżat lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu matul ix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem, li jista’ jirriżulta biex wieħed jixxotta (dehydration).
Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd speċjalment lill-anzjani, lit-trabi, lit-tfal żgħar, lil persuni li jbatu b’mard kroniku jew li huma attivi ħafna – dawn għandhom iktar ċans li jiġu affettwati.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti hu importanti li:
· Jekk hu possibbli jevita li joħroġ barra bejn il-11am u l-4pm
· Joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew fuq il-post tax-xogħol
· Jixrob regolarment u jiekol ikel kiesaħ
· F’każ ta’ dubju jikkonsulta lit-tabib tiegħu