Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ twissija dwar żewġ prodotti li m’għandhomx jiġu kkunsmati. Iż-żewġ prodotti msemmija huma tè tal-ġinġer u pilloli li jintużaw biex inaqsu l-aptit fejn fost oħrajn jintużaw għal tnaqqis fil-piż.
It-twissija dwar il-pilloli qed issir wara li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih ammont għoli ta’ hydroxycitric acid (HCA).
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li,
Isem tal-prodott: | Garcinia Cambogia 625mg |
Ditta: | Natures Aid |
Peress li l-kumpanija nvoluta rrapurtat li parti mill-konsenja laħqet nxtrat mill-konsumatur, dan id-Direttorat qiegħed joħroġ dan l-avviż.
Apparti minn hekk, wara li ttieħdu xi kampjuni lokalment u saret analiżi fuqhom, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li ġie espost għall-irradjazzjoni mingħajr ma ġiet iddikjarata fuq it-tikketta u mingħajr informazzjoni jekk tali irradjazzjoni saritx fi stabbiliment approvat.
Isem tal-prodott: | Natural Ginger bag |
Ditta: | Gold kili |
Użin: | 80g |
Data tal-Manifattura: | 10-04-2017 |
Data tad-Durabbilita`: | 09-04-2019 |
Prodott ta’: | Singapore |
Ta’ min jikkjarifika illi f’Malta huwa permess li l-ħwawar jiġu trattati b’irradjazzjoni basta tali proċess isir fi stabbiliment approvat, f’ċertu doża, u li tali proċess jiġi ddikjarat fuq it-tikketta.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.