Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wissa lill-konsumatur Malti li ħames varjazzjonijiet ta’ granola bars tad-ditta Make Good jistgħu jkun fihom traċċi ta’ metall, wara informazzjoni mingħand l-operatur konċernat u għaldaqstant m’għandhomx jiġu kkonsmati.
Stqarrija mid-direttorat fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qalet li l-prodotti huma Chocolate Drizzled Birthday Cake Granola Bars, Chocolate Banana Granola Bars, Chocolate Chip Granola Bars, Mixed Berry Granola Bars u Chocolate Drizzled Vanilla Granola Bars, bid-dati ta’ skadenza tagħhom is-sena d-dieħla.
It-twissija qed issir skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown 2133 7333 bejn it-8:00 ta’ filgħodu u s-2:30 ta’ waranofsinhar jew b’imejl fuq admin.ehd@gov.mt.
Il-pubbliku hu mħeġġeġ ukoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali environmentalhealth.gov.mt.