Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ twissija wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għal-glutina, minħabba li nstab li fih preżenza ta’ ħafur mhux iddikjarat fuq it-tikketta.
Isem tal-prodott: | 19-Anabol Testo |
Ditta: | USN |
Data tad-durabbilita`: | Id-dati kollha sa u inkluż 01/11/2021 |
Użin: | 45/90/180 kapsula |
Lott: | Il-lottijiet kollha |
Oriġini: | USN (UK) Ltd |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.