Iċ-ċittadini Brittaniċi jridu jistennew li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fl-infiq pubbliku, qal dan il-Ministru responsabbli għat-tkabbir ekonomiku Brittaniku fl-istess waqt li ta x’jifhem li fir-Renju Unit ġej perjodu ta’ awsterità.
Fil-fatt, f’ittra konġunta, il-Ministri għall-finanzi tal-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq wissew li l-pjanijiet ta’ nfiq tal-gvern Brittaniku huma riskjużi li jistgħu jwaslu għal numru ta’ snin ta’ awsterità.
Din l-ittra nħarġet b’reazzjoni għall-kummenti ta’ alleat qrib sew tal-Prim Ministru Liz Truss, li qal li se jkun hemm tnaqqis kbir fl-infiq pubbliku.