Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilità ta’ livelli għoljin ta’ Aflatossina fil-konsenja in kwestjoni.
Isem tal-prodott: | Pistaċċi nejjin mingħajr qoxra |
Deskrizzjoni tal-maħżen: | Borża tal-plastik |
Ditta: | Emy |
Lottijiet u dati tad-Durabbiltà: | Lott 7406 bid-data tad-durabbiltà 31/01/2019 Lott 7682 bid-data tad-durabbiltà 31/03/2019 |