L-awtoritajiet tas-Saħħa, permezz tal-paġna saħħa, ħarġu twissija dwar messaġġi qarrieqa b’rabta maċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-Covid-19.
Dan wara li numru ta’ persuni waslulhom messaġġi qarrieqa li jridu jħallsu għaċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Fil-messaġġ, spjegaw kif iċ-ċertifikat tal-vaċċin huwa mingħajr ħlas fejn assiguraw li l-awtoritajiet tas-Saħħa qatt m’huma se jitolbu għal dettalji bankarji.