Is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika qed twissji lil dawk kollha li jivvjaġġaw għall-btajjel jew fuq xogħol biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa kontra mard li jittieħed.
Dan minkejja li Malt għandha rata baxxa ħafna ta’ mard li jittieħed, iżda jidher li dawn huma persistenti barra minn xtutna. Għalhekk, l-awtoritjajiet globali qed iniedu sistemi speċifiċi biex ikun ikontrollat dan it-tip ta’ mard.
L-WHO qed tinnota żieda f’mard li jista’ jkun missielet b’vaċċini apposta bħall-ħosba, fejn fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kienu rrappurtati mal-41,000 każ fl-Ewropa biss.
Fl-istess ħin, kienu rrappurtati każi ta’ ebola u deni rqiq fil-pajjiżi tal-Lvant.
Dan il-mard jista’ jkun ikkontrollat b’vaċċin u b’miżuri ta’ prekawzjoni bħal li wieħed jixrob ilma nadif, jevita li jiekol ikel mhux imsajjar sew, u jieħu ħsieb l-indafa personali tiegħu.