Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Ennesse qed iwissi sidien ta’ kumpaniji oħrajn dwar ittra qarrieqa li rċevew indirizzata lill-kumpanija tagħhom.
Spjega kif din l-ittra tasal għand il-kumpanija fejn hekk kif tiftaħha tgħidlek biex timla d-dettalji tal-VAT u tiffirma biex b’hekk il-kumpanija jkollha tħallas is-somma ta’ €771.
Din mhix l-ewwel darba li din l-ittra bdiet tintbagħat hekk kif madwar sena ilu, numru ta’ kumpaniji Maltin kienet waslitilhom ittra simili. Minkejja li għall-ewwel wieħed jaħseb li din m’hi se tiswih xejn, meta wieħed jaqra sew l-ittra u d-dettalji rqaq li hemm miktubin fuq l-istess ittra, tgħidlek biċ-ċar li minn hemm il-kumpanija tiġi rreġistrata f’direttorju partikolari u jkollha tħallas mijiet ta’ ewro.
Importanti li wieħed jarmi dawn il-karti u ma jimla xejn.