Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, ħareġ twissija b’rabta ma’ inċova mnixxfa u mmellħa li m’għandhiex tiġi kkunsmata minħabba li nstab li fiha livelli għoljin ta’ ħistamina.Isem tal-prodott: Inċova mnixxfa u mmellħa
Ditta: Octopus
Data tad-durabbiltà: 18/07/2019
Użin: 40g
Peress li l-kumpanija involuta rrappurtat li parti mill-konsenja laħqet inxtrat mill-konsumatur, dan id-direttorat qed joħroġ dan l-avviż.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku hu ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.