Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ twissija dwar il-Corny Big Brownie wara informazzjoni li rċieva mill-kumpanija involuta. Dan wara li l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkonsumat minn persuni li huma allerġiċi għall-karawett, ċereali li fihom il-glutina jew intolleranza għall-ħalib minħabba żball fuq it-tikketta.
Product: | Muesli bar milk chocolate with cocoa crispies |
Brand: | Corny Big Brownie |
Piż: | 50g |
Dati tad-durabbilità: | 20.09.2019, 07.12.2019, u 27.02.2020 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.