Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ twissija dwar il-bajja f’Tas-Sliema, dik ta’ Qui-Si-Sana, hekk kif mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba skular ta’ ilma minn sors mhux identifikat fuq il-blat u l-baħar kif indikat.
Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8.00 ta’ filgħodu sas-2.30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt . Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Barra dawm il-ħinijiet, il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iċempel fuq is-sistema awtomatika 2182 7146 jew fuq il-mobile għal Malta numru +356 7950 9918 u għal Għawdex numru +356 7950 9919.
Il-pubbliku jista’ wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttp://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/EHRM/Pages/Bathing-Water-Programme.aspx għal informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm.