Wara twissija l-ġimgħa li għaddiet dwar prodott li seta’ kien ikkontaminat bis-salmonella, d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara investigazzjonijiet li saru fuq is-suq, jidher li għalkemm l-importatur prinċipali f’Malta jimporta din id-ditta mill-Italja u mhux mill-Belġju fejn allegatament inħadmet iċ-ċikkulata kontaminata, hawn fis-suq ċikkulata oħra li hija magħmula wkoll fil-Belġju.
Minħabba dan, id-Direttorat qed jaġġorna l-avviżi li nħarġu u javża li ċ-ċikkulati mniżżlin hawn taħt m’għandhomx jittieklu minħabba l-possibilità ta’ kontaminazzjoni bis-salmonella.
Isem tal-prodott: | Kinder Surprise | |
Piż: | 20g | |
Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha sa u nkluż l-4 ta’ Jannar, 2023 |
Isem tal-prodott: | Kinder Surprise x 3 | |
Piż: | 20g x 3 | |
Dati tad-durabbiltà | Id-dati kollha sa u nkluż l-4 ta’ Jannar, 2023 |
Isem tal-prodott: | Kinder Sorpresa Maxi “Puffi” u “Miraculous” | ||
Piż: | 100g | ||
Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha sa u nkluż l-21 ta’ Awwissu, 2022 |
Isem tal-prodott: | Kinder Sopresa Pulcini | |
Piż: | 120g | |
Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha sa u nkluż l-21 ta’ Awwissu, 2022 |
Isem tal-prodott: | Kinder Surprise | |
Piż: | 100g | |
Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha sa u nkluż il-21 ta’ Awwissu 2022 |
Isem tal-prodott: | Kinder Mini eggs | |
Piż: | 75g | |
Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha sa u nkluż l-21 ta’Awwissu 2022 |
Isem tal-prodott: | Kinder Egg Hunt | |
Piż: | 150g | |
Dati tad-durabbità: | Id-dati kollha sa u nkluż il-21 t’Awwissu 2022 |
Isem tal-prodott: | Kinder Schoko-Bons | |
Piż: | 70g, 200g u 320g | |
Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha sa u nkluż 4 Jannar, 2023 |
Isem tal-prodott: | Schoko-Bons |
Ditta: | Kinder |
Piż: | 46g |
Lottijiet: | Lottijiet kollha sa L098L |
Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha sa u nkluż 19/11/2022 |
Isem tal-prodott: | Schoko-Bons |
Ditta: | Kinder |
Piż: | 125g |
Lottijiet: | L288, L291, L293, L301,L302, L306, L307, L310, L312, L313, L316, L319, L320, L321, L326, L327, L328, L329, L334, L337, L338, L341, L347, L348, L349, L351, L352, L356, L005, L006, L028, L029 |
Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha bejn u nklużi t-28/05/2022 sad-19/08/2022 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.