“Storja vera” hija twissija li tidher fil-bidu ta’ filmat dwar Kayleigh Haywood, tfajla tal-iskola li ġiet maqtula brutalment fir-Renju Unit.
Il-filmat kellu aktar minn miljun persuna tarah f’24 siegħa mindu tela’ online.
Il-ġenituri ta’ Kayleigh, li kellha 15-il sena, qablu li dak li ġara lil binthom ikun irreċtat sabiex iservi ta’ twissija lil tfal u ġenituri. It-tifla kienet stuprata u maqtula minn Stephen Beadle f’Novembru 2015, wara li kienet attirata online mill-ġar tiegħu, Luke Harlow.
Din hija storja vera – tajba għal udjenza li għandha ‘l fuq minn 15-il sena.