Hekk kif tħabbar fl-aħħar ġimgħat, se jkun qed isir tibdil fil-liġi biex iż-żona tat-tieqa tad-Dwejra tiġi protetta. It-tabella preċedenti li kienet twissi li huwa riskjuż li wieħed jaqbeż u jimxi fuq din it-tieqa nbidlet f’waħda b’avviż legali.
Uffiċjali f’din iż-żona se jaraw li l-ordni ta’ konservazzjoni tiġi rispettata u se jkunu jistgħu jagħtu multi li jibdew minn €1,500.
L-aċċess ma jistax isir mhux biss mill-art iżda anqas mill-baħar, hekk kif tħabbar li l-baħar ta’ taħt it-tieqa mhux se jibqa’ aċċessibbli.