L-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika qed iwissu lil dawk li se jsiferu f’pajjiżi fejn hemm id-deni tas-suffejra biex jieħdu t-tilqima minn tal-inqas għaxart ijiem qabel is-safra.
Il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ jagħmel kuntatt maċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana għal iktar informazzjoni dwar it-tilqima, speċjalment jekk fil-jiem li ġejjin se jivvjaġġaw lejn xi pajjiż f’riskju li jkun milqut minn din l-infezzjoni.
It -tilqima għad-deni rqiq hija waħda sikura u tipprovdi protezzjoni tul ħajjet il-pazjent. Din tista’ tingħata f’kull perjodu tal-ħajja minn disa’ xhur ‘il fuq.
Dawn huma l-pajjiżi f’riskju li jkunu milquta bid-deni tas-suffejra:
Afrika:
Angola, Benin, Burkina Faso, Burundi, Cameroon, Central African Republic, Chad, Congo, Cote d’Ivoire (Ivory Coast), Equatorial Guinea, Ethiopia, Gabon, Gambia, Ghana, Guinea, Guinea-Bissau, Kenya, Liberia, Mali, Mauritania, Niger, Nigeria, Senegal, Sierra Leone, South Sudan, Sudan, Togo, Uganda.
Amerika:
Arġentina, Bolivja, Brażil, Colombia, Ecuador , French Guiana, Guyana, Panama, Paraguay, Peru, Suriname, Trinidad, Veneżwela.