Bi sħubija bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, l-MDA twaqqfet Property Malta. Din se tkun entità bejn il-Gvern u l-privat li jkollha l-għan li tippromwovi proprjetajiet ta’ kwalità f’pajjiżna.
It-twaqqif ta’ din l-entità li se ssegwi mudelli oħra ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-privat li diġà kienu suċċess inħass fid-dawl tat-tkabbir ekonomiku bla preċedent li qed ikollu pajjiżna u l-bżonn li Malta tibqa’ tiġbed lejha investituri barranin ta’ kwalità.
Fil-fatt Property Malta se tkun katalist biex tħajjar barranin jiġu jgħixu u jinvestu fil-gżejjer tagħna. Dan billi tieħu sehem f’attivatijiet internazzjonali ta’ promozzjoni u reklamar u minbarra l-investituri fil-mira tagħha se jkun jkun hemm dawk li jridu jixtru appartament ta’ vaganza f’Malta.
Biex b’hekk qed tiġi attwata proposta oħra tal-baġit.
Fil-kummenti tiegħu lil ONE NEWS, Sandro Chetcuti f’isem l-MDA qal li din is-sħubija se tkun qed twassal għal proprjetà tal-aqwa kwalità li se tkun qed tagħmel lil pajjiżna aktar kompettitiv. Min-naħa tiegħu l-Ministru Manuel Mallia qal li Property Malta se tkun qed tassigura li pajjiżna joffri proprjetà ‘top notch’ biex b’hekk aktar investituri jkunu attirati lejn pajjiżna.