Is-Servizz Pubbliku jwettaq tmienja u disgħin fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet li jagħti l-Ombudsman.
Dan intqal fi stqarrija mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, bħala risposta għal rappurtaġġ skorret, u ġie spjegat kif mill-elfejn u tmintax, l-Ombudsman fetaħ medja ta’ tliet mija u ħdax il-każ. Minn dawn il-każijiet, sittin fil-mija minnhom ma kellhomx jiġu investigati mill-Ombudsman u ingħalqu mill-ewwel.
Intqal ukoll kif ir-rakomandazzjonijiet tal-Ombudsman kollha jiġu implimentati għajr għal wieħed punt ħamsa fil-mija minnhom, numru ferm inqas minn dak li ġie rrapportat fil-midja, ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija.
Is-sena li għaddiet, minn mija u tmienja u erbgħin każ li kienu għadhom pendenti, mija u dsatax-il każ minnhom kienu qegħdin jistennew l-azzjoni tal-Ombudsman, filwaqt li disgħa u għoxrin minnhom biss kienu qed jistennew azzjoni mill-Ministeri.