Uffiċjalment infetaħ il-programm culture pass fejn 30 produzzjoni ta’ teatru, żfin u mużika se jintwerew lil studenti tal-iskejjel sekondarji. Id-Direttur tal-istrateġija għall-Kunsill Malti għall-arti, Toni Attard, qal li minn Jannar sa issa diġa’ ipparteċipaw aktar minn 2,000 student li flimkien mal-għalliema għażlu liema produzzjonijiet l-aktar jolqtuhom.
Attard qal ukoll ma’ one.com.mt, li l-produzzjoni teatrali kienu l-aktar li niżlu għasel f’dan il-programm, speċjalment produzzjonijiet li se jittellgħu fl-iskejjel stess. Kull produzzjoni tikkumplimenta l-kurrikulu akkademiku.
Il-Ministru Owen Bonniċi qal li l-arti u l-kultura huwa qasam li ħaqqu jikber mal-istudenti. Dan il-programm fl-istess ħin se jfisser opportunità ġdida għall-artisti li permezz ta’ fondi apposta, se jitħallsu għal kull produzzjoni li se jtellgħu, b’hekk il-culture pass għandu jkun ta’ benefiċċju għall-professjonisti kulturali u kemm għal 25,000 student f’Malta.