Baħħara kienet fuq bastiment li jġorr l-ajruplani bħala parti minn operazzjoni militari kontra l-ISIS, iżda ħadd ma ried jemmen li meta dak li ħasbet li kien uġigħ f’żaqqha, wassal għat-twelid ta’ tarbija abbord l-istess bastiment.
Ħadd ma kien jaf li kien se jkollha tarbija, iżda l-kelliem tan-navy spjega li l-baħħara bdiet tħoss uġigħ kbir f’żaqqha, kien wara li t-tobba għamlu testijiet mediċi fuq it-tfajla li ntebħu li kienet waslet biex twelled tarbija u propju abbord dan il-bastiment twieldet tarbija ta’ 3.17kilo.
B’xorti tajba kemm l-omm u t-tarbija huma b’saħħithom, il-forzi navali spjegaw li hekk kif din it-tarbija twieldet bejn sema u ilma, n-Navali Amerikana flimkien mal-crew tal-ekwipaġġ abbord se jkunu qed jissalvagwardjaw il-ħajja ta’ din iċ-ċkejkna u tal-omm.
Permezz ta’ ħelikopter, l-omm u l-bint ittieħdu f’Bahrain sabiex jinżammu taħt oservazzjoni fi sptar li jinsab fil-viċinanzi. Dan it-twelid mhux mistenni seħħ f’mument ta’ tensjoni fuq il-bastiment hekk kif kollox kien lest biex tibda l-operazzjoni militari.
Il-kelliem tan-Navy spjega li skond ir-regoli, niesa li jkunu qed jistennew tarbija jistgħu jibqgħu jaħdmu sa 20 ġimgħa ta’ tqala u dan jekk il-ħin għal evakwazzjoni medika f’faċilitá ta’ trattament ta’ emerġenza tkun anqas minn sitt sigħat. Iżda huma stqarru li ma kienux jafu bl-istadju ta’ din it-tqala.