Ritratti li tpoġġew fuq il-midja soċjali ħallew bosta persuni jiddiskutu hekk kif fl-istess ritratti tidher mara twelled fl-ilma fil-Baħar l-Aħmar.
L-omm, li x’aktarx hi Russa, welldet bl-għajnuna tar-raġel tagħha u ta’ tabib Russu li jispeċjalizza fit-twelid tat-trabi fl-ilma. Ir-ritratti tat-tabib u l-missier iġorru lit-tarbija lil’hinn mill-baħar fil-villaġġ ta’ Dahab fl-Eġittu nxterrdu mal-erbat irjieħat tad-dinja hekk kif bosta sabuhom ta’ interess fejn filwaqt li kien hemm ftit li qablu bosta oħrajn ikkritikaw din id-deċiżjoni.
Ir-ritratti tat-tarbija li kien għadu kif twieled, x’aktarx ittieħdu minn turist li kien f’gallarija ta’ lukanda jammura is-sbuħija iżda minflok spiċċa jara dan it-twelid.