Mara ta’ 25 sena mill-Mali welldet disat itrabi, tnejn aktar minn dak li kienu ħasbu t-tobba.
Halima Cisse kellha ħlas ta’ disat itrabi fi sptar fil-Marokk wara li l-Gvern tal-Mali ħadha hemm biex twelled fi sptar speċjalizzat minħabba li kellha twarrab ħafna trabi.
Il-ħamest ibniet u erba’ subien twieldu wara ċesarja u jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba.
L-istorja ta’ din il-mara mal-ewwel laqtet l-għajn anki meta oriġinarjament kien magħruf li hija mistennija twelled sebat itrabi.