Kważi 70 sena ilu, vapur tal-merkanzija Amerikan kien tella’ abbord 14,000 refuġjat minn port fil-Korea ta’ Fuq.
Nhar jum il-Milied tal-1950 mara abbord il-vapur, waħda mir-refuġjati, li ħarbu minħabba l-kunflitti maċ-Ċina, welldet tarbija f’twelid li mhux ordinarju. Hija weldet f’kamra fejn lanqas kien hemm biżejjed spazju biex joqgħodu bilwieqfa filwaqt li lanqas kien hemm tagħmir mediku. Tant, li l-qabla kellha taqta’ l-kord umbilikali bi snienha.
In-nies abbord li kienu preżenti waqt it-twelid qalu li dan it-twelid kien mirkalu tal-Milied.