Iċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, kien skjett ħafna meta wieġeb mistoqsijiet tat-Times of Malta.
Mistoqsijiet li skont kummenti tiegħu fuq facebook jidher li rċevihom wara li Daphne Caruana Galizia għamlet allegazzjonijiet b’rabta ma’ fondi u l-Azerbaijan.
Il-ġurnalist tat-Times of Malta, Jacob Borg, li għandu wkoll libelli b’rabta mar-rapportaġġ tiegħu dwar Panama Papers talab lista tal-kuntratti li l-kumpaniji ta’ Keith Schembri rebħu fl-Azerbaijan – bir-risposta tkun “xejn.”
“M’għandiex interessi ta’ negożju fl-Azerbaijan,” qal Schembri fi tweġiba kategorika.
Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet tiegħu jidhru hawn taħt: