Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li biex Bernard Grech wasal biex jgħid gidba fuq il-Wage Supplement, immaġina kemm se jasal biex jigdeb fuq affarijiet oħra.
Il-Prim Ministru wieġeb il-mistoqsija tal-midja Nazzjonalista għall-gidba tal-Kap tal-Oppożizzjoni fuq li l-Gvern qed jitlob lura l-għajnuna li ta l-Gvern fil-ħlas tal-pagi waqt pandemija.
Hawn Dr Abela kien ċar u ċaħad b’mod kategoriku u aċċenna għall-patt soċjali tal-24 ta’ Marzu 2020 fejn il-Gvern laħaq qbil mal-imsieħba soċjali li jitkellem ċar li l-wage supplement huwa għotja u mhux tintalab lura mill-Gvern.