Mara ta’ 30 sena mil-Litwanja weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Balzan.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart fi Triq Idmejda.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara li toqgħod Ħ’Attard, intlaqtet minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 38 sena minn Ħal Balzan.
Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.