Mara ta’ 37 sena li tgħix iż-Żebbuġ Għawdex indarbet gravi wara li ħabtet bil-karozza ma’ numru ta’ vetturi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30pm tat-Tnejn fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi, meta l-karozza li kienet qed issuq il-mara ħabtet m’ karozza oħra li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena li toqgħod Ħal Qormi.
B’konsegwenza t’hekk, din ħabtet ukoll ma’ tliet vetturi li kienu pparkjati.
Il-mara ttieħdet l-isptar ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.