Id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi fl-Iżvezja ddeċidiet li twaqqaf l-inivestigazzjoni fuq abbuż sesswali tal-fundatur ta’ Wikileaks Julian Assange.
Marianne Ny ppreżentat talba lill-Qorti Distrettwali ta’ Stokkolma biex tirrevoka l-mandat t’ arrest t’ Assange. Dan wara li kienet ilha għaddejja battalja ta’ seba snin.
Assange, li għandu ħamsa u erbgħin sena, ilu jgħixu fl-ambaxxata tal-Ekwador f’Londra mill-elfejn u tnax, u kien qed jipprova jevita l-estradizzjoni.
Huwa kien qed jibża li jkun estradiet lejn l-Istati Uniti jekk jintbagħat l-Iżvezja. Hemmhekk, Assange jitressaq il-Qorti akkużat li xerred mijiet ta’ eluf ta’ dokumenti militari u diplomatiċi Amerikani sigrieta.
Is-Servizz tal-Pulizija Metropolitana f’Londra qalet li hija xorta tibqa obligata li tarresta lil Asange jekk jitla mill-ambaxxata tal-Ekwador. Dan fuq akkuża inqas gravi, dik li naqas milli jċedi għall-Qorti.