Il-linja tal-ajru Flybe waqfet l-operat tagħha u qed tfittex l-għajnuna tal-Gvern Ingliż biex tkun tista’ tibqa’ għaddejja. Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li hemm ftit li xejn ċans li l-kumpanija tissellef madwar mitt elf sterlina mill-Gvern. Flybe ilha għal dawn l-aħħar 40 sena toffri titjiriet reġjonali fl-Ingilterra.
Jidher li l-firxa tal-Coronavirus f’diversi pajjiżi kkawżat tnaqqis kbir fil-klijenti, tant li l-kumpanija għandha biżżejjed fondi biex twassal biss sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.