Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni b’pestiċida (Ethlyene oxide).
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali sostna li f’dawn l-aħħar ġimgħat nstab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġunġlien esportat mill-Indja. Madanakollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.