Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih ‘glycidyl fatty acids’ u ‘acrylamide’ f’livelli għoljin.
“Glycidyl fatty acid esters” huma komposti li jistgħu jitkissru fil-passaġġ gastro-intestinali u jsiru ‘glycidol’. L-Awtorita` tas-Sigurta` tal-Ikel fl-Ewropa (EFSA) ikkonkludiet li ‘glycidol’ huwa ġenotossiku u karċinoġenu.
‘Acrylamide’ hija kimika li tifforma f’ċertu ikel li jkollu kontenut għoli ta’ lamtu u li jissajjar f’temperaturi għoljin. L-impatt tiegħu fuq is-saħħa għadu mhux ċert, imma huwa maħsub li jistgħu ikunu effetti karċinoġeni.