Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista’ jkun għandu riħa u togħma ta’ fjuwil apparti li l-importazzjoni ta fażola minn Niġerija mhijiex awtorizzata.