Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qiegħed jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi użat minħabba li fil-kisja tiegħu nstab li hemm livelli elevati ta’ 3-MCPD.
It-3-MCPD huma grupp ta’ kontaminanti li jiffurmaw waqt li jkunu qed jiġu proċessati ż-żjut tal-ikel. F’livelli għoljin dawn jistgħu ikollhom effetti negattivi fuq is-sistema riproduttiva tal-bniedem, kif ukoll jistgħu ikunu karċinoġeni.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Straws magħmulin mill-karti, b’kisja protettiva biex ma’ jitqattgħux malajr meta jiġu f’kuntatt mal-likwidi |
Deskrizzjoni tal-maħfen: | Pakkett tal-plastik trasparenti b’10 straws f’kull pakkett |
Ditta: | Unique |
Lott: | YY17 |
Numru tal-artiklu: | 62084 |
Numru tal-Barcode: | 011179620845
|
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.