Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ livelli elevati ta’ kimika (pestiċida) Ethylene Oxide f’wieħed mill-ingredjenti użati.