Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ Benzo(a)pyrene.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali sostna Benzo(a)pyrene hija kimika li tifforma waqt proċessi industruijali (proċessi li jinvolvu l-kombustjoni) u tista’ tinstab fl-ikel mill-ambjent ikkontaminat, kif ukoll minn ċertu proċessi li jistgħu jsiru waqt it-tisjir, bħal xiwi fuq nar mikxuf. Din il-kimika tista tkun karċinoġenika.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook.