Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża l-konsumaturi biex ma jużawx kontenituri taż-żejt u l-ħall magħmulin minn azzar inossidabbli tad-ditta Male W.Trusseau, minħabba li fihom xi ċomb li kapaċi jispiċċa fl-ikel.
Il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2:30pm, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab fil-Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.