Snap, is-sidien ta’ Snapchat, se jbiegħu l-ismha tagħhom fis-suq Amerikan.
Il-kumpanija minn California ħolqot l-app tant popolari maż-żgħażagħ, li permezz tagħha tieħu ritratt li tista’ timmodifikah u tibgħatu lil xi ħadd ieħor…iżda jisparixxi wara ftit.
Il-kumpanija għamlet bejgħ ta’ $404 miljun is-sena li għaddiet, imma telf ta’ $515 miljun. Il-kumpanija qatt ma rnexxielha tagħmel profitt, iżda b’dan il-pass il-fundaturi ta’ Snapchat għandhom isiru multi-biljunarji.
Pass mhux komuni se jkun li dawk li jixtru l-ismha mux se jkollhom dritt jivvotaw fuq affarijiet relatati man-negozju, li jfisser li l-fundaturi ta’ Snap se jibqgħu b’kontroll assolut.