Wara li l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk iltaqgħa mal-kanċillier Angela Merkel fil-Ġermanja fejn ġew diskussi l-preparamenti għas-summit dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea f’Bratislava, huwa mistenni li Tusk iżur ukoll pajjiżna fix-xhur li ġejjin.
Fil-qalba tad-diskussjonijiet se jkun qed jiġi diskuss jekk l-Ewropa, wara il-vot ta’ Brexit, għandiex iżżid l-integrazzjoni b’sovranitá akbar fejn tidħol governanza ekonomika u l-immigrazzjoni, jew għandiex tagħti aktar kontroll lill-pajjiżi membri biex jiġi evitat l-Ewroxettiċiżmu.
Huwa mistenni jżur il-pajjiżi Ewropej kollha.