Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, ġie milqugħ minn bosta persuni ma’ tmiem iċ-ċerimonja ta’ Jum ir-Repubblika fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.
Kienu bosta li hekk kif ħareġ mill-Palazz avviċinawh u talbu biex jieħdu ritratt miegħu fejn hu aċċetta.
Tusk inħatar bħala Kumpann Onorarju fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.
Donald Tusk ħadem fil-qrib ħafna mal-Gvern Malti, b’mod speċjali matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew fl-2017, bl-għan li jiġu identifikati l-miżuri politiċi u t-tħassib ewlieni li qed jaffettwa l-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni, is-Suq Uniku Ewropew, is-sigurta’, l-inklużjoni soċjali u l-politika marittimu. Tusk kien ukoll iċ-Chairperson tal-Malta Summit li sar fl-2017, bl-iskop li jitwaqqaf il-fluss ta’ migrazzjoni rregolari mil-Libja għall-Ewropa.