Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk qed jipproponi li r-Renju Unit jingħata estenzjoni flessibbli ta’ tnax-il xahar b’rabta mad-data ta’ Brexit. Il-pjan tiegħu huwa li b’dan il-pjan jippermetti li l-Ingilterra tħalli s-sħubija aktar malajr- ġaladarba il-parlament Ingliż jirratifika ftehim-madankollu dan irid jiġi appoġġjat mill-mexxejja Ewropej fis-summit li mistenni li jsir il-ġimgħa d-dieħla.
L-Avukat Ġenerali Geoffrey Cox qal li f’każ li ma jintlaħaq ebda qbil, l-estenzjoni għall-BREXIT mistennija li tkun waħda twila.