Il-President tal-Kunsill Ewropew qiegħed iżur il-Montengro fl-okkażjoni tal-għaxar sena anniversarju mill-Indipendenza ta’ dan il-pajjiż, bil-għan ta żjara ta’ Tusk ikun ukoll dak li l-President Tusk u l-Prim Ministru Milo Dukanovic jiddiskutu l-progress li qed isir lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Wara working ‘lunch’ Tusk se jkollu laqgħat bilaterali u llejla jagħmel diskors importanti fil-Pjazza tar-Repubblika f’Podgorica. Tusk iddikjara wkoll li huwa sodisfatt ferm li qed jagħmel din il-laqgħa fil-Montengro. Fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Dukanovic żar ukoll pajjiżna.
I am happy to be in #Montenegro today to represent the EU and celebrate 10 years of independence #10MNE pic.twitter.com/EOLdHn4e0I
— Donald Tusk (@eucopresident) May 21, 2016